Lokali

Iweġġgħu tnejn waqt argument f’San Ġiljan

Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsillejl neqsin kwart (2345hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn irriżulta li kien qam argument bejn tlitt irġiel u wieħed kien telaq minn fuq il-post.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liż-żewġt irġiel, it-tnejn Franċizi u għandhom 61 u 58 sena rispettivament, l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ta’ 61 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

Minn investigazzjoni li saret, il-Pulizija stabbiliet fejn kien mar ir-raġel l-ieħor involut u fi ftit ħin ġie arrestat. Ir-raġel, li huwa Pollakk u għandu 36 sena, qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.