Livelli rekord ta’ inflazzjoni fl-aħħar sentejn u nofs. Sa minn Ġunju tal-2021, il-prezzijiet għolew xahar wara xahar. Minn ċifri taħt il-1%, għal ċifri ta’ 5.8% f’inqas minn sena. Hija din l-aħħar konferma ta’ kemm verament qed tgħola l-ħajja. Konferma li waslet mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li permezz tal-aħħar ċifri wera kif fl-aħħar 12-il xahar ir-rata tal-inflazzjoni żdiedet b’aktar minn 5 punti perċentwali. Fl-aħħar xahar biss, l-għoli tal-ħajja żdiedet b’0.4 punti perċentwali
L-NSO kkonferma li l-aktar li qed jaffetwa din iż-żieda, li issa qed issir waħda allarmanti, huwa l-prezz tal-ikel u x-xorb non-alkoholiku. Fi kliem semplici, l-aktar affarijiet bażiċi huma l-aktar affarijiet li qed jitfgħu piż fuq il-familji.
Ix-xejra li toħroġ mill-istatistika ppubblikata mill-NSO hija waħda li titlob azzjoni, illum qabel għada, u kien għalhekk li fl-aħħar jiem issoktaw is-sejħiet biex il-Gvern jindirizza din il-problema li aktar ma jmur aktar qed tkompli tigrava.
Fuq fomm kulħadd, iż-żieda tal-għoli tal-ħajja, li anke meta, f’Ottubru li għadda, l-inflazzjoni kienet diġa bdiet tisplodi, dakinhar il-Maltin ingħataw €1.75. Għal ħafna nies, din ma kienetx biżżejed. U issa qed jisperaw li s-sitwazzjoni tkun ferm differenti.
Fl-istatistika li ppublika l-NSO jorog ukoll kif meta wieħed iqabbel il-‘Harmonised Index of Consumer Prices’ ta’ Malta ma’ dak tal-Ewropa, pajjiżna jinsab 1.5% fuq il-medja Ewropea meta wieħed jeskludi l-prezzijiet tal-enerġija u ikel mhux proċessat. Pajjiżna ilu li qabeż il-medja Ewropea sa minn Jannar li għadda.
Dawn iż-żidiet se jkomplu tilgħin hekk kif fil-ġranet li ġejjin se jerġgħu jogħlew il-prezzijiet tal-ġobon, yogurts u prodotti oħrajn li ġejjin mill-ħalib. Dan apparti prodotti bhall-ħobż, iż-żejt u l-laħam, illi għolew ukoll fl-aħħar xhur.
//= $special ?>