Internazzjonali

L-Unjoni Ewropea: Tamiet għall-Moldova….’Ħtieġa ta’ aktar ħidma’ għal Georgia

Wara li stqarret is-sitwazzjoni tal-Ukrajna, il-Kummissjoni Ewropea anki qed tappoġġja l-kandidatura ta’ Moldova, eks repubblika Sovjetika, għal sħubija fl-UE.

Dan fost l-ispekulazzjoni li l-Moldova kapaċi, ‘il quddiem, tispiċċa mira għall-aggressjoni tar-Russja, speċjalment wara li l-President Russu Vladimir Putin irrefera għall-ambizzjoniijiet tal-Kremlin biex ‘jieħu lura artijiet tiegħu’ ‘il hinn mir-Russja’.

Madankollu, ir-repubblika ta’ Georgia, li fil-passat ukoll kienet tifforma parti mill-Unjoni Sovjetika, qed tkun mitluba biex tilqa’ ċerti kundizzjonijiet qabel tingħata l-‘candidate status’.

Il-messaġġ mill-Kummissjoni Ewropea tenna li l-Gvern ta’ Georgia, issa, jeħtieġ jistinka ‘minn lat politiku’ biex ifassal triq ċar lejn riforma strutturali u lejn riformi li jirriflettu tassew l-ideali tal-UE.