L-awtur Mark Camilleri fetaħ kawża kostituzzjonali kontra l-Avukat tal-Istat u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fejn sostna li dan tal-aħħar kien qed jiddiskrimina kontrih minħabba l-fehmiet politiċi tiegħu. Qal li huwa tneħħa minn President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u kien irrifjutat li jirrevedi u jippromwovi l-ktieb tiegħu “A Rent Seeker’s Paradise “għal raġunijiet politiċi.
Camilleri qal li d-diskriminazzjoni saret u qed issir fuqu minħabba l-kritika tiegħu fil-konfront tal-Gvern u l-Partit Laburista. Tenna li l-Kunsill irrifjuta li jippromovi l-ktieb tiegħu sempliċiment għall-materjal li fih il-ktieb. Camilleri, eks Chairman tal-Kunsill fis-snin 2013 sal-2021, kien kisirha minn mal-Labour, u sar kritiku qawwi tal-partit, wara l-elezzjoni ta’ Robert Abela bħala Kap fl-2020.
Fir-rikors tal-Qorti li tressaq quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili Camilleri jistqarr li l-pożizzjoni tiegħu fil-kunsill ma kinitx ġiet imġedda mill-Ministru tal-Edukazzjoni wara li beda jikkritika lill-amministrazzjoni Laburista. “Flimkien ma’ dan, huwa ippubblika ktieb bl-isem ta’ “A Rent Seeker’s Paradise:, li fih jikxef il-korruzzjoni lampanti u governanza ħażina min-naħa tal-gvern preżenti u tal-Partit Laburista,” jgħid ir-rikors. Il-ktieb ġie ppubblikat f’format elettroniku f’Settembru 2021 u stampat ix-xahar ta’ wara.
Camilleri qal li huwa talab bi dritt li jagħmel użu mis-servizz offrut tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li permezz tiegħu l-imsemmi ktieb jiġi rivedut fir-reviżjoni ta’ kull ġimgħa fil-gazzetta ‘Illum’, iżda dan kien ġie miċħud. mill-entità msemmija qabel, għal raġunijiet politiċi, jiġifieri l-kritika akuta tal-Gvern u l-Partit Laburista li tinsab fil-ktieb.”
Ir-rikors, li kien iffirmat mill-avukat David Bonello, ikompli jirrimarka li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb twaqqaf permezz ta’ leġiżlazzjoni sussidjarja taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni u huwa maħsub li jkun awtonomu u ħieles minn indħil estern. Skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja inkwistjoni, wieħed mill-għanijiet iddikjarati tal-Kunsill huwa li jippromwovi l-kotba u jirrappreżenta l-interessi tal-awturi u tal-pubblikaturi, jgħid r-rikors.
Sadanittant huwa argumenta li r-rifjut tal-Kunsill li jippromwovi l-ktieb tiegħu huwa kompletament kuntrarju għar-raison d’etre (ġustifikazzjoni u raġuni) tal-Kunsill, u għaldaqstant kien qed iservi l-interessi tal-Gvern u mhux l-awturi u l-pubblikaturi li għalih kien inħoloq biex jipproteġihom.
Il-leġiżlazzjoni sussidjarja li taħtha twaqqaf il-Kunsill tobbligah ukoll li jsostni u jassisti lill-awturi u lill-pubblikaturi billi, fost affarijiet oħra, jiddefendu l-interessi tagħhom fil-livell politiku,” tgħid l-applikazzjoni tar-rikors. “Bl-azzjonijiet tagħha qed tagħmel eżattament l-oppost fir-rigward tiegħu, tenna l-awtur.”
L-avukat tiegħu sostna li dan ir-rifjut li jassisti jew jiddefendi lil Camilleri kien jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu. Barra minn hekk, Camilleri kien qed jiġi ttrattat b’mod differenti minn awturi oħra, sostna li dan it-trattament diskriminatorju qed iwassal biex huwa jbati telf ta’ dħul preżenti u fil-futur.
L-avukat ta’ Camilleri talab lill-qorti biex tiddikjara li sofra ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, billi kien suġġett għal diskriminazzjoni għal raġunijiet politiċi, kemm fir-rigward tal-promozzjoni tal-ktieb tiegħu kif ukoll tat-tneħħija tiegħu mill-presidenza tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
//= $special ?>