Artiklu: Stewart Said
SIRENS MECCA MARINE…………. 8
NEPTUNES VIDEOSLOTS…………. 9
(2-2), (3-3), (2-2), (1-2)
Xi ġmiel ta’ partita. Dawn huma l-partiti li rridu naraw. Finalment kienet il-kwalità ta’ Neptunes Videoslots li ħarġet rebbieħa fuq il-qlubija ta’ Sirens Mecca Marine. Partita tajba għal diversi plejers ta’ Sirens li mbuttaw lil Neptunes sal-limitu tagħhom. Fost l-oħrajn spikka l-gowlkiper Thomas Micallef u plejers bħal Matthew Sciberras, bl-uniku diżappunt ikun li Sirens ħarġu b’idejhom vojta.
Neptunes, li għall-partita oħra kienu mingħajr Jeremy Abela u l-imweġġa’ Jake Muscat, batew biex iżommu l-kontroll kontra l-enerġija ta’ Sirens. Però wieħed ma jistax ma jsemmix il-kontribut tal-captain Stevie Camilleri. Għalkemm falla żewġ penalties, kien determinanti fil-logħba mhux biss għaliex skorja ħames gowls iżda għax prattikament lagħab fejn kellu bżonnu t-tim. F’mumenti minnhom bħala difensur, bħala centre u fuq iż-żewġ naħat tal-pitch.
Sirens fetħu vantaġġ ta’ 2-0 fl-ewwel sessjoni sakemm Stevie Camilleri rkupra l-iżvantaġġ b’doppjetta. Fit-tieni sessjoni, Camilleri skorja tnejn oħra u għen lil Neptunes jiftħu vantaġġ ta’ 5-3. Iżda Sirens wieġbu b’żewġ gowls sbieħ ta’ Gianni Farrugia lejn it-tmiem.
Neptunes reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 7-5 fit-tielet sessjoni u dehru li setgħu jibdew it-triq lejn ir-rebħa. Iżda l-perseveranza tat-tim minn San Pawl il-Baħar wasslet biex Jacob Sciberras skorja darbtejn fi ftit sekondi, bit-tieni gowl jasal minn man-up maħdum tajjeb.
Kollox kellu jkun deċiż fl-aħħar sessjoni. Matthias Azzopardi poġġa lil Sirens minn fuq sakemm Stevie Camilleri u Michael Spiteri Staines dawru r-riżultat, b’Neptunes jirnexxilhom jamministraw l-aħħar mumenti.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Sciberras (2), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (3), M. Chircop, I. Riolo, J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras, M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis, G. Mellilo, K. Agius
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat, S. Gialanze (1), G. Pace, J. Cachia, J. Spiteri Staines, S. Camilleri (5), J. Camilleri, M. Farrugia, M. Spiteri Staines (1), A. Fenech (1), M. Castillo (1)
Referees: Antonio Torneo, Peter Balzan
OTTERS NIVEA……………………. 6
BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 16
(1-4), (0-5), (2-3), (3-4)
Birżebbuġa Freeport neħħew kull dubju u kkonfermaw posthom matematikament fil-Kampjonat Premier għat-tielet sena konsekuttiva. Il-logħba kellha storja waħda, bit-tim ta’ Birżebbuġa jiddomina l-logħba.
Doppjetta tal-veteran Neil Cassar u gowls ta’ Giuseppe Mannino u Ben Grech taw vantaġġ komdu lil Birżebbuġa. Għalkemm Zion Bartolo naqqas id-distakk, it-tim ta’ Pierre Borg assigura mir-rebħa sa mit-tieni sessjoni, b’ħames gowls mingħajr risposta.
Fit-tieni parti tal-logħba, Birżebbuġa komplew jikkontrollaw il-logħba, b’aktar plejers jiġu utilizzati minn Pierre Borg. Otters fuq in-naħa l-oħra, kellhom biss l-għan li jillimitaw id-danni.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (2), K. Scicluna, L. Grech Carr (1), M. Farrugia, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech, S. Apap, Z. Bartolo (3), A. Dimech, M. Grech, K. Micallef, K. Lupi Spencer
Birżebbuġa: M. Vassallo, J. Farrugia (1), N. Cassar (2), B. Grech (2), C. Mifsud, R. Mock (1), D. Farrugia, D. Cutajar, S. Bezzina (1), K. Tanti (1), G. Mannino (3), M. Curmi (2), M. Sladden, M. Giarretana, G. Sammut (3)
Referees: Alessandro Chimenti, Alex de Raffaele
EXILES………………………………….. 7
SAN ĠILJAN JP PROJECTS……….. 14
(0-4), (2-4), (2-2), (3-4)
San Ġiljan JP Projects baqgħu b’punti massimi fi Grupp B b’rebħa kontra Exiles. Għalkemm kienu mingħajr Ben Plumpton u Jake Tanti, id-differenza bejn it-tnejn kienet evidenti.
Sintomatika tal-aħħar logħbiet, San Ġiljan kellhom bidu b’saħħtu u fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowls li waslu permezz ta’ doppjetta minn Andreas Galea, Matthew Zammit u Peter Borg. Il-vantaġġ kiber għal seba’ gowls sakemm Exiles skorjaw l-ewwel gowl tagħhom li wasal minn Jake Bajada.
Għalkemm San Ġiljan bdew it-tielet sessjoni 8-2, il-kowċ Ġiljaniż Zeljko Kovacic baqa’ jitlob l-aħjar mill-plejers tiegħu. Exiles tjiebu ftit u bdew jaqsmu l-logħob mal-avversarji għalkemm qatt ma rnexxielhom jidħlu fil-logħba. Exiles saħansitra kienu qed jirbħu l-aħħar sessjoni sakemm Nikolai Zammit u Russell Caruana ssiġillaw ir-rebħa b’distakk ta’ seba’ gowls.
Exiles: M. Castillo, N. Saliba, L. Gialanze, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech (2), K. Griscti, N. Paris, J. Bajada (2), M. Aquilina (3), D. Fenech, G. Borg, M. Martellacci, L. Pursehouse
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea (3), N. Schiavone, R. Caruana (1), M. Zammit (2), L. Brownrigg, D. Tully, J. Bonavia, N. Zammit (6), D. Zammit, N. Bugelli, G. Vassallo, M. Ortoleva (1), K. Grech
Referees: Antonio Torneo, Massimo Angileri
Logħob li jmiss
Il-Ħadd
Grupp B: Sliema v Marsaxlokk 5.00pm, Barracudas v Marsaskala 6.05pm
Grupp A: Valletta v Ta’ Xbiex 7.10pm
