Illum Alex Perici Calascione ppreżenta l-espressjoni ta’ interess għall-karigi ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech.
Il-perjodu ta’ espressjoni ta’ interess għall-Viċi Kap tal-PN beda s-Sibt li għadda hekk kif f’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, b’mod unanimu ġew maqbula r-regolamenti li se jwasslu għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, kif stabbilit mill-istatut tal-Partit. Elezzjoni li mistennija ssir fi ftit ġimgħat oħra.
Issa l-istadju li jmiss huwa li jiskatta l-proċess ta’ due-diligence, biex la darba Alex Perici Calascione jgħaddi minn dan il-proċes, jinfetaħ il-perjodu fejn huwa jippreżenta n-nomina tiegħu għal din il-kariga.
Wara dan il-proċess, imbagħad titħabbar id-data ta’ meta se ssir il-votazzjoni fost il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fejn il-kandidat ikun irid jikseb iktar minn 50% tal-voti mifugħha.
L-istadju tad-dikarazzjoni ta’ interess ingħalaq illum f’nofsinhar.