Futbol Sport

Cesc Fabregas se jħalli lil AS Monaco

(Ritratt: EPA)

L-eks midfiedler tat-tim Nazzjonali Spanjol Cesc Fabregas mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ AS Monaco meta dan jiskadielu fi tmiem dan ix-xahar. L-istaġun li għadda kien wieħed ikkaretterizzat minn numru ta’ injuries għall-eks Arsenal u Barcelona fost oħrajn fejn fi staġun sħiħ lagħab biss sitt partiti. Matul iż-żmien tiegħu ma’ Monaco Fabregas lagħab total ta’ 68 partita u skorja erba’ gowls.

Il-possibiltà hi li Fabregas iħabbar it-tmiem tal-karriera tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin anke minħabba l-injuries persistenti li ħallewh barra għall-maġġor parti tal-istaġun.

Fuq il-profil uffiċjali ta’ Twitter, AS Monaco ħejjew filmat li juri l-aħjar mumenti ta’ Fabregas tul it-tliet snin u nofs li lagħab fil-kampjonat Franċiż bħala ringrazzjament tas-servizz li ta lill-klabb.