Waħda mill-festi assoċjati mal-lokalità tar-Rabat hija dik ta’ Corpus Christi… festa li tiċċelebra l-Ewkaristija Mqaddsa. Din il-festa ilha snin marbuta mal-paroċċa ddedikata lil San Pawl.
U għal din il-festa, il-Grupp Infjorata li jagħmel parti mill-Kumitat Festi Esterni, ħaseb biex iħejji dik li tissejjaħ infjorata.
Idea li toriġina mill-Italja fejn isir tapit tal-fjuri ppreparat mill-petali. Din is-sena t-tapit huwa twil għaxar metri u magħmul minn 350 pakkett ta’ fjuri differenti. Wara li jitlesta jitpoġġa quddiem il-Kolleġjata ta’ San Pawl sabiex il-Ħadd filgħaxija, jgħaddi s-sagrament minn fuq dan it-tapit mill-isbaħ.
Din is-sena l-infjorata, b’disinn tal-istes Christopher Calleja u Priscilla Dimech, għandha bħala tema, iż-żjara tal-Papa Franġisku… tifkira għaż-żjara li għamel f’Malta fosthom fil-lokalità tar-Rabat l-qdusija tiegħu l-Papa lura f’April li għadda.