Lokali

Mario Dalli hu l-vittma li miet waqt li kien qed jagħmel il-passatemp l-iktar għal qalbu

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Mario Dalli hu r-raġel ta’ 72 sena li tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq l-irdumijiet ta’ Għar Ħasan waqt li kien qed jistad il-Ġimgħa wara nofsinhar.

Intqal kif Mario qatta’ l-aħħar mumenti fil-paċi jagħmel il-passatemp l-iktar għal qalbu.

Mario tilef ħajtu meta għal xi raġuni waqa’ minn fuq l-irdum ta’ fejn kien qed jistad u spiċċa fil-baħar… bil-Forzi Armati ta’ Malta jsibu l-katavru tiegħu f’daħla fil-blat sigħat wara li ġie rraportat nieqes mill-qraba tiegħu hekk kif dan ma rritornax id-dar.