Futbol Sport

Mil-lum jingħata bidu għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena

Mil-lum fis-Slovakkja bdiet tintlagħab il-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena. Tmien pajjiżi rrnexxilhom jikkwalifikaw għal din l-istess kompetizzjoni li bħal dan iż-żmien sena se tkun qed tiġi organiżżata f’pajjiżna, bis-sehem tat-tim nazzjonali Malti.Għal dan it-turnament Ewropew fis-Slovakkja, fost l-oħrajn, Malta qed tiġi rrapreżentanta mill-impjegata tal-MFA, b’esperjenza f’xogħol ta’ organiżazzjoni ta’ partiti internazzjonali, Tanya Gravina.

Fil-fatt, illejla, Gravina se tkun il-Match Manager tal-partita minn Grupp A bejn l-Italja u r-Rumanija. Mingħajr ebda dubju, dawn il-ġimgħat għandhom iservu ta’ interess għal Malta u t-tim li se jkun parti mill-organiżazzjoni tal-Kampjonati Ewropej li se jsiru s-sena d-dieħla f’pajjiżna.L-avveniment li se tkun qed torganiżża Malta fl-2023 se jkun l-akbar wieħed li qatt organiżża pajjiżna fil-futbol internazzjonali, bl-akbar wieħed sal-llum kien dak li sar fl-2014, meta f’Malta kienu organiżżati l-Kampjonati Ewropej ta’ taħt is-17-il sena.