Sport Sport Ieħor

Nadal mistenni jilgħab f’Wimbledon

(Ritratt: EPA)

It-tennista Spanjol, Rafael Nadal mistenni jilgħab fit-tournament ta’ Wimbledon li jibda fis-27 ta’ Ġunju. Nadal kien dubjuż jekk kienx se jikkompeti f’dan it-tournament wara li kien qal li kien qed ikollu jieħu l-injections sabiex ikun jista’ jilgħab minħabba saqajh tax-xellug.

It-22 darba champion ta’ Grand Slam qal li fl-aħħar ġimgħa ta’ taħriġ ħassu tajjeb u l-intenzjoni tiegħu hi li jilgħab f’Wimbledon. Fl-aħħar ġimgħat Nadal kien qed jitħarreġ f’court tal-ħaxix f’Mallorca fejn qal li xi kultant xorta jħossu skomdu iżda mingħajr uġiegħ.

Nadal ibagħti minn kundinzzjoni rari li tisejjaħ Muller-Weiss, kundizzjoni li taffetwa l-għadam tas-saqajn.