Lokali

Sewwieq bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn tliet karozzi f’Ħal Qormi

Dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Qormi, Ħal Qormi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn BMW 520D misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Pieta’, Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 69 sena residenti l-Marsa u Mercedes Benz Sprinter misjuq minn raġel ta’ 68 sena residenti Santa Venera.

Ix-xufier tat-Toyota ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.