Iċ-champion tad-dinja renjanti Max Verstappen kellu l-aħjar ħin fit-tieni provi tal-Grand Prix tal-Kanada, iżda r-rivali tiegħu Charles Leclerc żamm il-pass miegħu hekk kif spiċċa biss 0.081 sekondi ‘l bogħod fiċ-ċirkwit ta’ Gilles Villeneuve.
Is-sewwieq ta’ Red Bull għamel ħin ta’ 1.14.127 b’tires rotob biex spiċċa b’ħinijiet aħjar minn ta’ Leclerc, bis-sewwieq l-ieħor ta’ Ferrari Carlos Sainz jispiċċa 0.225 sekondi ‘l bogħod.
Forsi s-sorpriża kienet minn Sebastian Vettel, rebbieħ tal-Grand Pricx tal-Kanada fl-2018, bil-Ġermaniż ta’ Aston Martin jispiċċa fir-raba’ post 0.315s biss tard minn Verstappen.
Fernando Alonso deher b’saħħtu fl-ewwel provi u kompla b’dik il-forma fit-tieni sessjoni, biex spiċċa l-ħames wara Vettel.
Lewis Hamilton ikklassifika fl-10 post meta għamel ħin ta’ 1.15.421, b’sieħbu ta’ Mercedes l-Ingliż George Russell jispiċċa s-seba’ post b’ħin ta’ 1.14971.
//= $special ?>