Lokali

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ 5 sulari f’sit ta’ kostruzzjoni

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Żagħżugħ qed jissielet għal ħajtu wara li daħal f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa ma’ sieħbu u waqa’ għoli ta’ 5 sulari għall-ħabta tas-2:30 ta’ dalgħodu.

Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi ta’ Triq ir-Ramla, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li żewġ ġuvintur ta’ 18 u 19-il sena mill-Awstrija kienu daħlu fis-sit.

Waqt li kienu fuq il-bejt wieħed minnhom, il-ġuvni ta’ 19-il sena waqa’ f’shaft, għoli ta’ madwar 5 sulari.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.