Internazzjonali

Belt tal-Vatikan: Mumenti drammatiċi u sparatura — fost allert għal terroriżmu potenzjali

Membri tas-Swiss Guard — il-Gwardjani tal-Papa — kienu kostretti li jisparaw lejn karozza li kienet qed tinstaq b’veloċità lejn checkpoint tal-Vatikan u waqt li s-sit tqiegħed minnufih taħt ‘lockdown’ minħabba l-potenzjal ta’ terroriżmu.

Ir-rapporti qalu li t-tiri laqtu r-rota tal-karozza waqt il-mumenti drammatiċi bil-Carabinieri jattivaw il-protokolli għal kontra t-terrur anki waqt il-membri tas-sigurtà madwar il-Papa għalqu kull aċċess għall-Vatikan.

Ir-rapporti qalu, wara, li l-pulizija kienet qed iżżomm Albaniż ta’ 39 sena taħt arrest u meta mifhum li r-raġel għandu rekord kriminali. Intant, xi sorsi mhumiex jemmnu fit-teorija dwar ‘terroriżmu’ fost indikazzjonijiet li l-Albaniż kien taħt l-influwenza tad-droga waqt li kien qed isuq il-karozza tat-tip BMW.

L-Albaniż, qabel, kien injora l-għajjat tal-pulizija biex jieqaf meta beda jsuq il-karozza bl-addoċċ qalb it-toroq ta’Ruma li jagħtu għal Via de la Conciliazione u lejn Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

Iz-zona kienet mimlija bit-turisti u l-Albaniż, imbagħad, waqaf bil-karozza f’Santo Oficio — bil-membri tas-Swiss Guard jiftħu n-nar fuq din il-vettura li baqgħet wieqfa fil-post. Is-sewwieq imbagħad ħareġ mill-karozza u prova jaħrab iżda ma damx biex jnqabad mill-pulizija. Madankollu, dan ir-raġel, qabel l-arrest kien baqa’ dieħel bil-karozza f’żewġ uffiċjali tas-sigurtà li spiċċaw isofru ġrieħi ħfief.