Coronavirus Lokali

COVID 19: 315-Il każ ġdid ta’ Covid-19

In-numri ta’ każi ġodda ta’ COVID-19 komplew jiżdiedu. Dan meta fl-aħħar 24, f’pajjiżna ġew irreġistrati 315-il każ ġdid.

Dawn in-numri ta’ każi ġodda jaslu wara kważi ġimgħatejn fejn pajjiżna dejjem irreġistra aktar minn 100 każ fejn filfatt, fl-aħħar ħamest t’ijiem, dejjem rajna aktar minn 200 każ f’temp ta’ 24 siegħa.

In-numri tal-virus tal-Ħadd huma numri li konna ilna ma naraw sa minn nofs April li għadda. Dan meta pajjiżna l-aħħar irreġistra aktar minn 300 każ fil-21 t’April meta dakinhar kienu tilfu ħajjithom 5 persuni.

B’xorti tajba, fl-aħħar sigħat ħadd ma tilef ħajtu u b’hekk l-ammont ta’ fatalitajiet tal-Coronavirus jibqa’ 730.

Dan filwaqt li bejn is-Sibt u l-Ħadd fiequ 62 persuna biex b’hekk il-każi attivi bħalissa jammontaw għal 2,720.

Dettalji dwar kemm hemm persuni fl-isptarijiet minħabba kumplikazzjonijiet bil-virus m’għadhomx aktar aċċessibbli għall-media u għalhekk lanqas ma nafu kemm hemm nies fit-taqsima tal-kura intensiva