Internazzjonali Lokali Qorti

Familja involuta fl-inċident tad-‘double decker’ fiż-Żurrieq tiftaħ kawża għad-danni fl-Ingilterra

Xufier ta’ karozza tal-linja “kellu sintomi li ġejjin mill-kokaina” meta ħabat u pparalizza turist Ingliż f’Malta, skont l-avukati ta’ wieġed mill-vittmi. Dan ħareġ meta nhar il-Ġimgħa li għaddiet ittieħdet azzjoni fil-High Court tal-Ingilterra wara li l-għalliem Rob Butt ta’ 48 sena kien sofra ġrieħi li biddlu l-ħajja meta l-karozza tal-linja double decker li kien qed isuq il-Malti ħabtet ma’ fergħat ta’ siġar baxxi fiż-Żurrieq fl-2018. Kienet il-familha ta’ Butt li fetħet il-proċeduri f’Londra,

Is-sewwieq Charles D’Amato ta’ 28 sena minn Ħal Qormi, u erba’ Diretturi aħwa, Lee Ann Borg ta’ 38 sena, residenti l-Mellieħa, Kim Degabriele ta’ 41 sena, Noel Degabriele ta’ 25 u Philip Degabriele 33 sena, kollha residenti Ħal Luqa, jiġġestixxu l-kumpanija City Sightseeing Malta Limited, kienu tressqu fil-Qorti tal-Maġistrati bid-Diretturi jiġu lliberati wara ftit. Il-Qorti kienet iddikjarat li hemm provi biżżejjed biex is-sewwieq jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

L-inċident kien seħħ fid-9 ta’ April fi Triq Valletta fejn abbord kien hemm 54 turist bi tnejn jitilfu ħajjithom filwaqt li 59 oħra kienu weġġgħu, sitta minnhom serjament. Huma kienu ġew mixlijin, fost oħrajn, bil-qtil involontarju taż-żewġ turisti.

Rob Butt kien fuq btala mal-familja tiegħu f’Malta meta seħħet il-ħabta orribbli – li qatlet żewġ persuni – b’mart Rob Kathy, u t-tliet uliedhom, ta’ Glastonbury, feruti riżultat tal-ħabta. 29 oħra weġġgħu wkoll fl-inċident devastanti u ħalla lill-eks għalliem u Kap tad-dipartiment tal-Istorja fi Downside School f’Radstock qabel l-inċident, tetrapleġiku u dipendenti fuq siġġu tar-roti.

L-avukati tiegħu bdew proċeduri legali fil-High Court ta’ Londra kontra x-xufier tal-linja, il-kumpanija tal-linja, City Sightseeing Malta Ltd, u l-assiguraturi tagħha. Huwa argumentaw li ġie stabbilit, permezz ta’ Inkjesta Maġisterjali f’Malta, li s-sewwieq tal-linja kien uża l-kokaina qabel l-ħabta.

L-avukati jemmnu wkoll li l-inkjesta sabet li seta’ kien qed jesperjenza effetti ta’ droga fil-ħin tal-ħabta. L-avukati qalu wkoll li mill-provi jirriżulta li dak inhar tal-inċident kien l-ewwel jum tax-xufier tal-linja minkejja li kien beda jaħdem ma’ City Sightseeing mis-sena ta’ qabel, fejn fil-bidu ma kien ipprovdut bl-ebda taħriġ. Huma jemmnu li l-ksur fid-dmir tas-sewwieq wassal għall-inċident, inkluż in-nuqqas tax-xufier li jżomm ‘proper lookout’, fejn saq b’veloċità qawwija u saq wisq qrib it-tarf tat-triq.

Il-Belġjan Kaenraad Richard De Vrieze ta’ 62 sena u l-Ispanjola Elisaveta Danielova Avdala ta’ 37 sena f’xena mill-aktar orribbli li kienet seħħet bi dmija u feriti mġarrba mit-turisti ma’ kullimkine. L-erba diretturi tal-kumpanija ġew illiberati ftit wara li tressqu, bil-Qorti tiddikjara li hemm provi biżżejjed biex ix-xufier, Charles D’Amato, jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

Diġa sar smigħ inizzjali fil-High Court f’Londra, li elenkat il-kwistjoni għall-proċess li għandu jibda fl-2023. Dan se tiddetermina kemm hi l-kopertura ta’ assigurazzjoni disponibbli għal ħlas ta’ danni ta’ dawk kollha li sofrew ġrieħi bħala riżultat tal-ħabta.

Jennifer Lund, milll-kumpanija tal-avukati Irwin Mitchell, qalet: “Għadew aktar minn erba’ snin minn meta l-ħajja ta’ Butt u l-familja tiegħu nqalbet għal kollox ta’ taħt fuq. ”Għadhom qed jissieltu biex jaġixxu biex jgħaddu mit-trawma kawża tal-ġrieħi li sofra Butt, dak li għaddew minnu l-familha kollha u x’jiġri fil-futur.

“Il-ħabta kellha impatt kbir fuqhom, partikolarment fuq Butt, li issa huwa dipendenti fuq wheel chair u jiddependi ħafna fuq dawk li jieħdu ħsiebu. ”Ommu ta’ 75 sena kellha tibdel il-propjetà umarret tgħix viċin tiegħu fejn qed tmexxi ħafna mill-organizzazzjoni ta’ kuljum peress li, bil-carers jinbidlu regolarment u maru Kathy jkollha taħdem sigħat twal biex tappoġġja lill-familja, fejn hemm bżonn ta’ kontinwità.

”Ommu kellu tibdel ħajjitha mill-irtirar bil-pensjoni biex tieħu f’idejha r-rwol ta’ Rob bħala ġenitur. ”It-tfal, li l-iżgħar minnhom kellu disgħa fil-ħin tal-inċident, kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ ammont kbir ta’ trawma. “Il-familja, u kull persuna oħra affettwata minn dan l-inċident devastanti, qattgħu dawn l-aħħar snin jistennew iċ-ċarezza dwar dak li ġara f’dik il-ġurnata fatali.

“U jekk l-akkużati għandhomx biżżejjed fondi biex iħallsu d-danni – aħna kuntenti li issa qegħdin pass eqreb biex jiksbu dawn it-tweġibiet. “Xejn mhu se jbiddel dak li għaddew minnu l-vittmi, iżda se nkomplu nappoġġaw lil Rob u lill-familja tiegħu matul dan il-proċess sabiex ikun jista’ jaċċessa l-appoġġ speċjalizzat u t-terapiji li jeħtieġ biex jgħix b’mod indipendenti kemm jista’ jkun.” Traġikament, hu u martu Kathy, għalliema wkoll, kienu ħerqana biex jibdew impjiegi ġodda ta’ tagħlim barra minn Malta qabel l-inċident.

Kathy qalet: “Ftit aktar minn erba’ snin ilu, id-dinja tagħna nqalbet ta’ taħt fuq u minn dakinhar bqajna sejrin, nippruvaw nimxu fit-triq tagħna f’dik li kienet l-agħar esperjenza ta’ ħajjitna. “Kien partikolarment diffiċli li nara lil Rob milli jkun tajjeb u b’saħħtu u missier attiv biex jirrikjedi kura 24 siegħa kuljum u ma jistax jgħannaq lil uliedu jew jagħmel ħafna għalihom.

”Madankollu, kien inkredibbli, ta’ ispirazzjoni reali għalina u għall-komunità lokali tagħna, u jipprova jibqa’ pożittiv permezz ta’ kollox. “Nafu li se niffaċċjaw ħafna sfidi bħala familja bħala riżultat tal-kwistjonijiet ta’ saħħa ta’ Rob, li se jmorru għall-agħar aktar ma jgħaddi ż-żmien, iżda aħna lkoll grati li għadu hawn.

“Kien diffiċli wkoll biex ningħataw it-tweġibiet minn dawk li kienu responsabbli għall-ħabta dwar x’seta’ jsir biex jiġi evitat. “U jekk jistgħux saħansitra jħallsu d-danni lilna biex Rob ikun jista’ jkollu ħajja kemm jista’ jkun normali, għalhekk aħna kuntenti li issa qed isir progress fuq dak il-front. “Naturalment, xejn mhu se jbiddel dak li għaddejna minnu, imma nħossu li ħaqqna tweġibiet, kif jagħmlu l-familji kollha affettwati. Ma rridux li ħaddieħor ibati bħalma aħna”.