Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Is-suldati Britanniċi mwissija dwar Tielet Gwerra Dinjija potenzjali

Filwaqt li s-sitwazzjoni fl-Ukrajna għadha inċerta daqskemm kienet fl-ewwel jiem tal-invażjoni, il-Ġeneral Sir Patrick Sanders, il-Kmandant ġdid tal-Armata Britannika, issa, informa lil kull suldat biex jipprepara għall-battalji kontra r-Russja f’sitwazzjoni ta’ Tielet Gwerra Dinjija potenzjali.

Il-Ġeneral Sanders qal li l-offensiva ta’ Vladimir Putin fuq l-Ukrajna hi theżżiża storika għas-sigurtà globali filwaqt li ħalef biex  jibni u jirriforma l-Armata Britannika ‘b’mod li tkun tista’ tegħleb lir-Russja fil-kamp tal-battalja’.

Sanders, wissa mill-ġdid li t-truppi Britanniċi ‘iridu issa jħejju biex jiġġieldu għal darb’oħra fl-Ewropa’ waqt li enfasizza li d-dinja nbidlet sew mindu l-qawwiet Russi invadew lill-Ukrajna.