Illum , mit-3.20 pm ‘l quddiem fuq NetTV jixxandar it-29 programm ‘Sport Extra’ li huwa l-aħħar wieħed għal din is-sena fl-iskeda ta’ Net Television. Matul din is-serje li kienet għall-24 sena konsekuttiva ġew intervistati xejn anqas minn 150 atleta u uffiċjali minn madwar 35 dixxiplina sportiva. Dan kollu flimkien ma’ għadd ta’ personalitajiet internazzjonali fosthom rebbieħa Olimpiċi jew champions tad-dinja.
Fl-aħħar programm l-enfażi dwar il-Kampjonati tal-Atletika għall-Istati Żgħar tal-Ewropa li saru hawn Malta ftit tal-ġranet ilu. Charles Camenzuli fl-ewwel parti tal-programm intervista lil MARIO BONELLO – Direttur Tekniku ta’ Athletics Malta kif wkoll lil ANDY GRECH President ta’ Athletics Malta.
Fit-tieni parti wħud mill-protagonosti fosthom PEPPIJNA DALLI li kisbet midalja tal-fidda fil-pole vault, BEPPE GRILLO, li kiseb midalja tal-fidda fil-100 metru kif wkoll JANET RICHARD rebbieħa ta’ żewġ midalja tad-deheb fil-100 metru u fir-relay.
Matul il-programm permezz ta’ filmati mill-Kampjonati, l-aqwa siltiet u l-protagonisti b’muntagg ta’ Samira Cachia Spiteri.
SportExtra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’filmati tal—intervisti minn Ramon Farrugia.
//= $special ?>