Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara li nqelbet bil-karozza tagħha

Mara ta’ 31 sena sofriet ġrieħi gravi wara nċident tat-traffiku f’Ħal Balzan fejn saħansitra spiċċat inqelbet bil-karozza tagħha wara li ħabtet ma żewġ karozzi pparkjati.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 ta’ filgħodu fi Vjal De Paule, f’Ħal Balzan, meta l-Pulizija ġiet infurmata li mara ta’ 31 sena, residenti Birkirkara, u li kienet qiegħda ssuq karozza tat-tip Audi A1, ħabtet ma’ żewġ vetturi li kienu pparkjati u li l-karrozza saħansitra inqelbet fuq il-ġenb tagħha wara id-daqqa mall-karozzi.

Fuq il-post kienu minufih msejħa membri tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lill-mara. Hi saħansitra ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. Bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.