Sport

7 snin ħabs jekk matul it-Tazza tad-Dinja tmur għal one-night stand

Is-supporters huma mwissija li s-sess barra miż-żwieġ fil-Qatar huwa illegali

Sostenituri tat-timijiet nazzjonali li se jkunu qed jitilgħu l-Qatar f’Novembru ta’ din is-sena għat-Tazza tad-Dinja jistgħu jsibu ma’ wiċċhom 7 snin priġunerija, jekk imorru għal one-night stand matul it-turnew internazzjonali.

Dan hekk kif fil-Qatar is-sess barra miż-żwieġ huwa illegali f’pajjiż li fil-maġġorparti tiegħu huwa Musulman kredenti.

Kelliema għall-Awtoritajiet Brittaniċi spjegaw li jinsabu ħosbiena ħafna dwar x’jista’ jseħħ 5 xhur oħra, u qed jiprovaw iwissu lis-supporters sabiex ikunu preparati kemm jista’ jkun u jobdu r-regoli tal-pajjiż.

Huma saħqu li s-sess litteralment m’għandux jgħaddi mill-kuriduri ta’ moħħhom la darba mhux tilgħin mal-mara jew ir-raġel rispettiv tagħhom.

Kelliema għall-Korp tal-Pulizija spjegaw li matul din it-Tazza tad-Dinja ma tantx se jkun hemm festini fil-Qatar u enfasizza dwar l-importanza li kulħadd joqgħod attent għax jispiċċaw jieklu ikla ħabs. Dan hekk kif jidher li ebda xorb fit-toroq ma huwa se jkun qed jiġi tollerat.

Huma saħqu wkoll li sess bejn persuni tal-istess ġeneru huwa illegali wkoll f’dan il-pajjiż.