Lokali

Andy Ellul jgħid li l-uffiċjali tal-Pulizija m’għandhomx problemi

Il-POU ma taqbilx mal-proposta tal-Gvern “Ir-riżorsi umani huma inaċċettabbli”

Il-proposta li jkun hemm ronda kontinwa fix-Xatt ta’ Tas-Sliema, jiġifieri li tiżdied il-preżenza tal-Pulizija, mhix l-aħjar soluzzjoni li toffri l-akbar sigurtà għall-pubbliku.

Sostniet dan il-Police Officers Union wara s-sitwazzjoni li nħolqot fl-aħħar jiem b’rabta ma’ serje ta’ inċidenti fl-istess lokalità.

Fi stqarrija, il-POU saħqet li huwa diffiċli ħafna li grupp żgħir ta’ Pulizija jkunu jistgħu ikopru distanza ta’ 6 kilometri tul ix-xatt b’sempliċi beat …u jkunu f’kull post f’kull mument, speċjalment meta r-riżorsi umani tal-Korp huma fl-istat inaċċettabbli li huma. U meta numru kbir ta’ Pulizija diġà qiegħdin jiġu imġegħla jagħmlu overtime sfurzat.


Għaldaqstant il-POU talbet għall-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kollha b’mod partikolari il-Gvern, il-Kunsill, Transport Malta u l-LESA u flimkien jassiguraw li din iz-żona u żoni oħra madwar il-pajjiż ikunu koperti b’servizz ta’ cameras CCTV li ikunu konnessi direttament mal-control room tal-Pulizija.

Dan huwa l-aħħar fost diversi appelli li qed tagħmel il-POU fl-aħħar ġimgħat fejn appellat għall-intervent immedjat tal-Gvern…. hekk kif insistiet li fin-nuqqas ta’ uffiċjali fi ħdan il-Korp, huma ma jistgħux jaħdmu l-festi tradizzjonali u lahhqu ma’ diversi għasses. Tant illi qed jispiċċaw magħluqin…għad-detriment taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Net News fl-ahhar jiem staqsa lis-Segretarju Parlamentari Andy Ellul…illi għandu warajh karriera ta’ 15-il sena fi ħdan il-Korp tal-Pulizija….x’jahseb hu dwar din is-sitwazzjoni inaccettabbli. Iżda, b’sorpriża, Ellul indika illi ma jarax li hemm problemi.

Minflok iddefenda l-appelli tal-Pulizija…Andy Ellul għatta xtur sieħbu tal-istess distrett, il-Ministru Byron Camilleri, u kompla jgiddeb lill-Union.