Xahrejn biss wara li reġa’ ġie elett mill-ġdid President ta’ Franza, Emmanuel Macron tilef il-kontroll tal-Assemblea Nazzjonali wara wirja soda mill-alleanza tax-xellug u l-lemin estrem.
Dan minkejja li kien talab lil votanti sabiex jagħtu messaġġ qawwi favurih.
Madanakollu l-koalizzjoni ċentrista tilfet għexieren ta’ siġġijiet f’elezzjoni li qed tiġi deskritta bħalha waħda li se tħalli l-politika fi Franza frammentata.
Il-Prim Ministru Elisabeth Borne saħqet li s-sitwazzjoni hija waħda mingħajr preċedent – b’inkwiet kbir f’Pariġi għal laqgħa b’urġenza fil-Palazz Elysee mal-President. Hija saħqet li din is-sitwazzjoni hija ta’ riskju għall-pajjiż madanakollu insistiet li lesti sabiex jaħdmu flimkien.
Madanakollu din jaf tkun ta’ sfida enormi hekk kif l-akbar żewġ gruppi l-oħra fl-Assemblea m’għandhom ebda intenzjoni li jikkollaboraw.
L-inkwiet huwa wieħed serju hekk kif issa bosta qed jgħidu li Macron ma jistax jiggverna la darba ma jkunx jista jgħaddi liġi mill-Assemblea Nazzjonali jekk mhux bil-barka tal-koalizzjoni bejn il-Komunisti u l-ħodor…jew dawk tal-partit mil-lemin estrem immexxi minn Marine Le Pen.
//= $special ?>