Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, iżda mill-ewwel indikazzjonijiet jidher huwa barrani, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Fgura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8 tat-Tnejn filgħodu fi Triq A.M Valperga, fejn minnufih ġew imsejħa uffiċjali tal-pulizija fil-post fejn irriżulta li r-raġel waqa’ madwar 3 sulari waqt li kien qed jaħdem.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku fejn ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>