Sewwieq ta’ mutur mir-Rabat kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart tat-Tnejn filgħodu fi Triq Dun Karm Psaila meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 44 sena tilef il-kontroll tal-mutur waqt li kien qiegħed u suq…bil-konsegwenza li waqa’.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-Rabti l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.