Lokali Parlament

Il-gvern għandu jiffoka fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż

Ivan J.Bartolo, PN


Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal li iss ali Malta ħarġet mill-lista l-griża tal-FATF, il-gvern għandu jiffoka fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż.

Fl-Aġġornamnet tal-parlament Ivan J.Bartolo espriema sodisfazzjon li Malta tinsab barra mil-lista l-gżira; Malta qatt ma tkun fuq dik il-lista. Ir-reputazzjoni hi kruċjali għall-pajjiż għaliex l-ekonomija tal-pajjiż għandha dipendenza fuq kif il-barranin jaraw ir-reputazzjoni tal-pajjiż.

Il-gvern irid juri mpenn lejn il-ġid komuni billi juri sforz biex jirrestawra l-integrità tal-pajjiż. Il-ġid komuni ma jitkejjilx biss billi jitqassmu ċ-ċekkijiet; il-gvern irid jrrikonoxxi li għandu r-responsabbiltà li jwassal lill-pajjiż għal ekonomija sostenibbli. Ir-reputazzjoni ta’ Malta għandha tkun intatta.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern irid idawwar il-kliem f’azzjoni u jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO. Malta għad għandha ħafna x’tagħmel minkejja li tneħħiet mil-lista l-gżira.

Jekk dan ma jsirx il-gvern ikun qed jipperikola l-pożizzjoni tal-pajjiż, sostna Ivan J.Bartolo, li kompla li l-gvern irid jimplimenta l-pendenzi biex Malta tiġi fil-linji gwida tal-FATF.

Il-gvern rid jivesti f’edukazzjoni għax il-fornituri tas-servizzi finanzjarji qed iwettqu affarijiet ħżiena bla ma jafu. Hu pożittiv li Malta żiedet l-isfrozi tagħha kontra ħasil ta’ flus; il-gvern ried jinforza prattika tajba.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern jrid jikkummerċjalizza iktar u enfażizza l-importanza tal-industrija tas-servizzi finanzjarji. Hu kompla li l-gvern għandu jisma’ u jiffoka billi jimplimenta r-rapport tal-FATF. Malta jeħtieġ toħloq kwalità ta’ ħajja billi tratta l-infrastruttura, t-trasport, l-ambjent, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-burokrazija.

Il-pajjiz għandu bżonn gvern li jffoka fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż u mhux iktar fuq ir-rebħiet elettorali, sostna Ivan J.Bartolo.