Lokali Parlament

Il-Gvern ma kellu l-ebda pjan għall-ħaddiema tal-Air Malta

#MartinAgius #PhotoJournalist #Photographer #Photography #Photo #Image #Pic #Malta

Ivan Castillo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo sostna fil-parament li l-gvern kien qal li għandu l-pjan lest għall-ħaddiema tal-Air Malta iżda dan ma kienx minnu.

Fl-Aġġornament hu qal li llum dawn il-ħaddiema ma jafux fejn jinsabu; ma jafux fejn se jmorru jaħdmu l-ġimgħa d-dieħla. Din hi sitwazzjoni ta’ inċertezza ma’ ħaddiemali kkooperaw mal-gvern biex jinstabilhom post alternattiv.

Hu kompla li l-gvern ħoloq sitwazzjoni fejn żewġ ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol jitħallsu pagi differenti. Il-PN kien għamel proposta biex jidentifika fejn il-gvern jista’ jpoġġi lil dawn il-ħaddiema fis-settur privat iżda l-gvern ma ħax din l-proposta.

Id-deputat Nazzjonalista qal li għalhekk hemm inċertezza kbira fost il-ħaddiema tal-Air Malta.

Ivan Castillo tkellem dwar il-Mellieħa u staqsa x’se jagħmel il-gvern dwar l-entratura tal-Mistra fejn qed isiru diversi inċidenti tat-traffiku, anki fatali. Hu semma’ l-pakreġġ tal-iskola u qal li l-gvern għandu opportunità biex iżid il-parkeġġ iżda mhux se jżidu.

Hu tratta l-Manikata u qal li din ġiet highway minn raħal kwiet u issa r-residenti jridu jitilqu.

Fuq ix-Xemxija saru ħafna wiegħdi qabel l-elezzjoni dwar spazji miftuħa iżda ma sar xejn. Ir-residenti intnesew għal kollox.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Lukanda Mistra tħalliet mitluqa wara li tkissret u tħalliet kif inhi. Dwar San Pawl il-Baħar, hu qal li dan hu lokal minsi fejn ma sarux diversi xogħlijiet inkluż ħruġ ta’ drenaġġ; problemi ta’ tindif li hemm fil-lokalitajiet kollha tat-12-il distrett.

Probelmi oħra ta’ parkeġġ jinsabu fin-Naxxar iżda l-gvern m’għandux viżjoni fejn fi Vjal il-Labour hemm problemi bis-siġar. Dawn is-siġar ma jinżabrux u l-għeruq qed jidħlu fid-drenaġġ. Jeħtieġ ukoll tinsab soluzzjoni għall-problema tal-ground tal-football tan-Naxxar għaliex ed issir diskriminazzjoni ma’ din il-komunità.