Graziella Attard Previ, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ sostniet li l-persuni separati u ż-żgħażagħ l-aktar effettwati mill-problema tad-djar; għalhekk għandha ssir evalwzzjoni tal-iskemi preżenti biex dawn jilħqu iktar nies minn faxex differenti tas-soċjetà.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-Awtorità tad-Djar, Attard Previ qalet li l-akkomodazzjoni adegwata hi dritt u għalhekk hawn qbil li l-akkomodazjzoni hi bżonn primarju. Il-politika tal-akkomodazzjoni ġiet effettwata mis-suq liberu tal-propjetà u mill-banek privati.
Iż-żieda fil-prezzijiet tirrikjedi azzjoni immedjata għaliex din hi ta’ piż kbir fuq il-persuni vulnerabbli u faxex oħra fis-soċjetà. L-ispejjeż relatati żdiedu b’mod qawwi fl-aħħar snin. L-aktar mies b’dawn it-toqol huma dawk li jikru fil-privat, segwiti minn ġenituri separati li għandhom tfal jiddependu minnhom.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-problema tal-familji b’ġenitur wieħed żdiedet u hi waħda mill-ikbar bidliet li seħħu. L-istatistika tal-NSO turi li bejn l-2016 u l-2019 in-numru ta’ koppji separati rduppjaw.
Graziella Attard Previ qalet li l-persuni jitilfu d-djar ikollhom effetti psikoloġiċi u sostniet li l-prezzijiet tal-kirjiet u tad-djar għolew u żammew il-prezz għoli. Gvern Laburista dam snin biex lesta postijiet ġodda u għalhekk id-domanda daret fuq il-privat bil-konswegwnza li l-prezzijiet għolew. Il-pagi tal-ħaddiema ma żdidux bl-istess mod.
Id-deputat Nazjzonalista semmiet il-problemi tal-koppji li jisseparaw biex jixtru propjetà ġdida u qalet li minkejja l-għajnuniet tal-gvern, il-koppji separati mhux ilaħħqu biex jixtru djarhom. Hawn ukoll problemi ta’ nies li jaqbżu l-paga medja iżda m’humiex eliġibbli għal dawn l-iskemi u sussidju.
Graziella Attard Previ sostniet li bejn minn studju li sar bejn l-2019 u l-2020 jirriżulta li ż-żgħażagħ u l-koppji separati huma l-aktar kategorji ta’ persuni li qed ibatu fl-akkomodazzjoni. Ħafna persuni separati qed ikollhom imorru jgħixu mal-ġenituri tagħhom minħabba diffikultajiet.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li dan ikollu effett fuq il-ħajja soċjali tal-persuni separati; dan ukoll għandu jkun ikkunsidrat. Minkejja li l-persuni jaħdmu, xorta hemm problemi biex tinxtara dar; dan qed inaqqas il-kwalità tal-ħajja. Kemm huma effettivi l-iskemi li qed jiddaħħlu?, staqiet Attard Previ.
//= $special ?>

