Lokali

Inċident tat-traffiku bejn mutur u karozza

Dalgħodu, għall-ħabta tas-7:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Hompesch, il-Fgura.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Peugeot Sumup misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti Wied il-Għajn u vettura tat-tip Mercedes E 270 misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Fgura.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.