Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li jdejh inqabdet f’makkinarju ta’ scammell

Żagħżugħ ta’ 28 sena mill-Mali kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kellu inċident waqt li kien qiegħed jaħdem fil-Mellieħa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-kwarta tat-Tnejn waranofsinhar fi Triq Dawret it-Tunnara meta għal xi raġuni l-ħaddiem qabditlu idejh f’makkinarju tat-trakk scammell.

Fil-post ġie imsejħa minnufih l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.