Lokali Parlament

L-Awtorità tad-Djar m’għandiex tintuża għal skopijiet politiċi

Graziella Galea, PN


Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea appellat biex l-Awtorità tad-Djar ma tintużax għal skopijiet politiċi fit-tqassim tad-djar.

Fil-parlament Graziella Galea tkellmet dwar id-diffikultajiet ta’ divresi kategoriji biex jixtru u jimlew djarhom, fosthom iż-żgħażagħ u l-persuni separati. Hi semmeit il-idma li wettqqu gvernijiet Nazzjonalisti tant li fl-2013 kien hemm mijiet ta’ appartamenti tal-gvern li kellhom il-permessi iżda li kienu abbandunati. Fl-aħħar 10 snin ta’ Gvern Laburista kellu jkun hemm żvilupp f’dan is-settur; kemm indew binijiet u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-iskema ta’ kri ta’ appartament mingand il-privat kienet wtaqqfet mill-gevrn Laburista iżda kieku din tħalliet kienet issolvi ħafna mill-problemi li hemm f’dan is-settur.

Dwar l-1,700 appartament, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern għandu jispeċifika dwarhom. Fin-Naxxar, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, l-ministru kellu jammetti li fil-fatt, fit-12 il-disrett prattikament ma sar kważi l-ebda bini ta’
appartamenti tal-Gvern, mill-2013 sal-lum.

Fil-fatt minn 192 appartament li tqassmu kien hemm 182 li kienu mikrija mingħand il-privat u 10 biss kienu tal-gvern u tnejn minn dawn kienu nxtraw mill-privat. Dan ifisser ukoll li jekk wieħed jieħu medja, dan ifisser li kien hemm medja ta’ total ta’ 19-il residenza fis-sena għat- tlett lokalitajiet f’salt.

L-akbar ammont kien propju f’SanPawl il-Baħar, però filwaqt li kien hemm medja ta’ 17-il residenza fis-sena, f’San Pawl il-Baħar biss, tqassmu 46 residenza fis-sena 2021; iktar minn darbtejn u nofs il-medja.

L-istess mudell baqa’ għaddej ukoll fl-ewwel xhur tal-2022, u allura ferm u ferm iktar mill-medja. It-tqassim ta’ residenzi sar propju fix-xhur ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali. Hu tajjeb li jitqassmu dawn l-appartamenti, iżda
x’inhi r-raġuni li fis-snin preċedenti ma tqassmux l- istess ammont ta’ residenzi.

Forsi wiehed ried li jkollu xi gwadann politiku ftit qabel l-elezzjoni ġenerali bħal donnu l-
elettorat obbligat li jivvota lil dan il-Gvern talli tah saqaf fuq rasu? Din ir-risposta turi biċ-ċar kemm fil-fatt imn’Alla kienet skema maħsuba minn Gvern preċedenti biex setgħu jingħataw saqaf fuq rashom 182 familja oħra, dan biss f’distrett wieħed.
Il-Ministru bħal donnu ta x’jifhem li dawn l-appartamenti kienu nbnew apposta biex jinkrew lill Awtorità tad-Djar.

Anke fuq it-12-il distrett, ta’ min il- Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti fuq binja ġdida
fil-lokalità tal-Mellieħa. Jirriżulta wkoll li bħalissa mhux qed isir bini fil-lokalitajiet tan-
Naxxar u San Pawl il-Baħar, u allura nħeġġu biex jinstabu żoni fejn ikunu jistghu jinbnew ukoll f’dawn il-lokalitajiet.
Li hu żgur iżda, li numru ta’ appartamenti li ngħataw f’SanPawl il-Baħar lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet u bidu ta’ din
is-sena ngħataw fi blokka li ilha mibnija u li kienet abbandunata għal snin twal ferm ‘il bogħod minn bini ġdid
mibni appposta mill-privat biex jinkera mill-Awtorità tad-Djar.

Filwaqt li hu sewwa lil-Awtorità tagħti l-ikbar numru ta’ appartamenti possibli lildawk li għandhom bżonn, l-istess Awtorità għandha tifhem lil-ħtiġijiet tan-nies huma kostanti mhux biss meta joqorbu l-
elezzjonijiet.

Jirriżulta li bejn l-1 ta Mejju 2021 u l-31 ta Mejju 2022 ngħataw b’kuntratt 508 residenzi li minnhom 325 kienu ġejjin
mingħand il-privat u 183 biss li kienu binjiet tal-Gvern. Dan jikkonferma wkoll l-ghaqal tal-iskema li kienet introdotta
snin twal ilu minn Gvern Nazzjonalista.


L-Awtorita tad-Djar għandha funzjoni kbira x’taqdi um’għandiex tintuża għal manuvri politiċi.Għalkemm bħala Awtorità trid timxi fuq il-policies propostiminnha, li iżda jridu jiġu approvati mill-Gvern, qatt m’
għandha tħalli li tintuża għal skopijiet politici partiġġjani.
Il-fondi li qed nallokaw lill-Awtorità huma ġejjin mingħand il-poplu kollu għalhekk kulħadd irid jifhem li n-nefqa ġejja mingħand kulħadd.

Dak li jsir għandu jsir biex jiġi assiguratli kemm jista’ jkun nies ikollhom post diċenti fejnjoqgħodu.L-iskemi tal-Awtorità huma ntenzjonati biexdawk l-iktar li għandhom bżonn fil-fatt jingħataw l-ikbarattenzjoni fl-iqsar żmien possibli.

L-Awtorità għandha wkoll funzjonijiet oħra li mhux marbutamal-allokazzjoni, imma marbuta mal-fatt li hawn persuni li
fil-fatt jikru mill-privat. Persuni li jikru direttament mill-privat mingħajr ma’ jitolbu lill-Awtorità li iżda mbagħad imorru għand l-Awtorità biex jinghataw sussidju fuq il-kera.