Futbol Sport

Matthew De Gabriele u Luke Portelli fost l-uffiċjali fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena

(REitratt: MFA)

Fl-Islovakkja, nhar is-Sibt ingħata bidu għall-Finali tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena li se tkun qed tintlagħab bejn tmien pajjiżi.

Pajjiżna, għalkemm muwiex wieħed mit-timijiet finalisti, qed ikun rappreżentat minn ‘ewġ uffiċjali Maltin, ir-referre tal-FIFA Matthew Degabriele u l-assistant referee tal-FIFA Luke Portelli. Id-debutt tagħhom f’din il-kompetizzjoni sar il-Ħadd meta fil-partita minn Grupp B bejn l-Ingliterra u l-Awstrija, Portelli kien wieħed mill-Assistant Referees filwaqt li De Gabriele kien ir-Raba’ Uffiċjal.

L-impenn li jmiss tal-uffiċjali Maltin se jkun għada t-Tlieta fejn Matthew De Gabriele se jkun ir-referee fil-partita bejn ir-Rumanija u Franza fejn se jkun assistit minn Luke Portelli bħala wieħed mill-Assistant Referees.