Numru ta’ negozjanti kienu qegħdin jiġru wara Ryan Schembri għal flushom. Fost dawn kien hemm in-negozjant Hugo Chetcuti, s-sid tar-Regina Auto Dealer u persuna oħra. Fil-Qorti ġie żvelat li tar-Regina Auto Dealer kellu jieħu tliet miljun ewro, il-persuna kellu jieħu miljun ewro filwaqt li fil-Qorti ma’ ġiex żvelat kemm kellu jieħu Hugo Chetcuti, li f’Lulju ta’ 2018 kien inqatel minn Bojan Cmelik.
Dan ħareġ mix-xhieda ta’ Etienne Cassar, li kien sieħeb fin-negozju ma’ Ryan Schembri, li f’April li għadda ġie estradit mill-Iskozja lejn Malta bex jiffaċċja akkużi ta’ frodi u ħasil ta’ flus stmati li huma ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ ewro.
Cassar li kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni kontra Ryan Schembri quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qal li meta l-kumpanija li kellhom bejniehom spiċċat kellha tiġi likwidata nstab li aktar minn żewġ miljun ewro ħadd ma jafx x’sar minnhom u li hu ma kienx kuntent kif fi fit ġimgħat minn kumpanija li kienet sejra tajjeb, minkejja l-iskossi li ħadet minħabba l-gwerra tal-Libja, din spiċċat falluta.
Cassar qal ukoll li l-istil tal-ħajja tiegħu huwa ferm differenti minn dak ta’ Ryan Schembri, u bħala eżempju qal li filwaqt li hu jixtri karozza u jibdilha wara sentejn jew tlieta, għal karozza waħda li kien jixtri Schembri jixtri tliet u wara tliet xhur jibdel.
Qabel ma beda jixhed Cassar il-prosekuzzjoni ppreżentat lill-Qorti fost affarijiet oħra kannestru b’aktar minn £9,000 fi flus kontanti, diversi credit cards, ġiżirana u brazulletta, beritta u ċintorin. Dawn l-oġġetti kienu ġew elevati mill-Pulizija Skoċċiża meta dawn arrestaw lil Ryan Schembri qabel ma bagħtuh Malta.
Etienne Cassarqal li kien ilu jaf lill-akkużat sa mill-aħħar tad-disgħinijiet. Kien sar jafu aktar wara li waqqfu kumpnaija bi sħab bl-isem ta’ Cassar and Schembri. Ix-xhud qal li kienet l-idera tiegħiu li jwaqqaf il-kumpnaija u riedu miegħu għax jaf li kellu bniedem tekniku u daħħlu miegħu.
Il-kumpanija kienet ffurmara fl-2002. Wara iżda kienu daħlu fis-settur tat-trasport u kellhom interessi fil-Libja, permezz tal-kumpanija imwaqqfa bl-isem ta’ INTERA. Magħhom kien hemm ħaddieħor fosthom Alex Polidano, Adrian Agius u oħrajn fosthom missier Ryan Schembri.
Cassar qal li n-negozju fil-Libja kien opportunità kbira u bdew jagħmlu xi xogħol mal-grupp Corinthia. Qal li hu għall-ħabta tal-2010. beda jieħu ħsieb is-sezzjoni ta’ Malta fejn wara fetħu wkoll ‘distribution centre’. Qal li Ryan Schembri kellu team fil-Libja li kienu jinkludu lil missieru, ommu u mpjegati li qabbad hemmhekk.
Il-gwerra fil-Libja wasslet għal għeluq tas-Supermarket
Kellu team sħih u n-negozju kien qed jikber iżda meta nqalgħet il-gweerra fil-Libja, kellu jingħalaq is-Supermarket u ġie deċiż li jibdlu s-sistema ta’ xogħol u jibgħatuh bħala ‘wholesalers’ li kien ukoll negozju ta’ suċċess sas-sena 2013.
Wara l-għeluq tas-Supermarket fil-Libja kien għad baqa’ xi nies li kienu għadhom jaqgħu taħt l-akkużat. Kien hemm ukoll ‘cold stores’ fil-Libja, u li hu (ix-xhud) kellu l-perċessjoni li kien hemm wieħed, imma skont in-nies li kienu jinfurmawh qal li kien hemm aktar minn wieħed.
“Konna nixtru ħafna affarijiet u ġieli kienu jinqabdu mid-dwana għax ċerti oġġetti ma kienux jistħhu jinbiegħu fl-Ewropa minħabba r-regoli, u minflok konna nibgħauthom fl-Libja, qal ix-xhud u dan kollu kien f’idejn l-akkużat u l-grupp tiegħu li kien hemm fil-Libja.
Tenna li l-kumpanija li kumpanija INTERA kienet falliet, minħabba l-gwerra u ħafna stokk li kien għali kellu wkoll jintrema fejn kien qed ikun hemm telf sostanzjali. Mistoqsi jekk il-kumpanija Cassar and Schembri kinitix involuta mal-kumpanija INTERA.
Cassar qal li kienet waħda mix-shareholders. Tenna li wara li ngħalaq negozju fil-Libja permezz tas-Supermakert li kien infetaħ ‘distribution centre’, kien ibiegħ lill-wholesalers u supermakerts fil-Libja u ħafna mix-xogħol li kien imur kien jikkonsisti f’laħmijiet.
Ix-xhud qal li m’għandux amment turnover fil-Libja fil-perjodu tal-gwerra. Bejn l-2012 sa l-2013, l-affarijiet kienu jinbidlu kuljum. Ir-riskju fin-negozju kien qed jikber fejn kien hemm ħafna flus involuti. Dwar Malta bħala kumpanija Cassar and Schembri kien isir distribuzzjoni lir-restoranti f’dak li huwa laħam u prodotti relatati mal-catering.
Ix-xhud Cassar qal li meta l-operazzjoni kienet lokali u fil-Libja hu kien ħsieb il-bejgħ u d-distribuzzjoni u Schembri kien okkupat l-aktar Libja kif ukoll fuq More Supermarkets f’Malta. Tenna li f’Malta kienu ħamsa s-Supermarkerts More.
L-ewwel wieħed kien fetaħ il-Ħamrun. Kienet involuta l-kumpanija Cassar and Schembri u kien jemm xi nies oħra nvoluti. Fil-Ħamrun fetħu bejn l-2011 u l-2012, qal Cassar filwaqt li sa dak il-perjodu fil- Libja l-affarijiet kienu għadhom sejrin tajjeb. Tenna li t-tieni More Supermarket kien fetaħ il-Mosta.
Sostna li mhux ċert fid-data eżatt meta nfetħu għax kienu fetħu kollha ta’ maljar. Fil-fatt bejn l-2011 sa 2013 kienu fetħu ħamsa, Ix-xhud qal li ma kienx qed jaqbel ma’ l-istrateġija ta’ Ryan Schembri għax kien jemmen li kien qed jgħaġġel wisq,
Forsi kien ikun aħjar li kieku l-ewwek jikkonsolida qabel ma jiftaħ l-ieħor, imma l-akkużat kien jgħidlu li din hija opportunità mhux ta’ min wieħed jitlef. Kien hemm mumenti qal Cassar li osserva li kien hemm xi ħaġa ħażina,. Mhux bħala struttura u vera ma kien hemm xejn barra minn normal, imma hekk kien jemmen.
Dwar l-eks sieħeb tiegħu qal li aktar ma jgħaddi ż-żmien bena esperjenza u kellu kuntatti tajba, kien sab ditta tajba Spanjola, il- Management kien wieħed tajjeb u kellha kellu l-fiduża tal-awdituri. Qal li meetings kien u jsiru fuq in-negozju li se jsiru.
It-turnovers fl-2012 u 2014 kienu ta’ 13-il miljun u 12-il miljun ewro bejn wieħed u ieħor u l-kumpanija Cassar kienet sejra tajjeb. Kollox ikkrolla fl- 2014, tista’ tgħid minn April meta bdew jiġru wara l-akkużat. Hawn il-kumpanija ma baqgħetx f’pożizzjoni li ssostni lilha nnifisha u anke l-istaff telaq.
Spiċċa l-isptar bi pressjoni qawwija
“Ryan kellu jidħol l-isptar minħabba li kien qed ibarti minn pressjoni qawwija. Nies bdew jiġru warajhom u l-akkużat ma setax iħallsahom kif kien beda jwegħdhom. Kien avviċinani missier Ryan li kien impjegat tagħha u b;’sehem u qalli li n-nies qed jmorru għal flus li ibnu kien issellef.
Wara li l-akkużat ħareġ mill-isptar bdew ġejjin aktar, fl-aħħar sena speċjalment. In-nies kienu jistaqsu speċifikament għal Ryan mhux għalih imma kien hemm min kien jgħidlu fuqu, Kienu ħafna li riedu flushom lura fosthom Darren Casha u Adrian Agius, dawn naħseb kienu l-aktar tnejn li naf bdew isusu warajh,” qal ix-xhud.
“Lili qatt ma talbuni flus. Adrian Agius kien investa fis-Supermarket tal-Ħamrun u f’ħafna affarijiet oħra fosthom fil- maħżen f’Tal-Ħandaq Ħal Qorrmi, u anke fil-Libja. Kont naf li kienu qegħdin jiġru wara flushom. Darba rajt lil Hugo Chetcuti, mar ukoll ir-Regina Auto Dealer u persuna oħra.
“Lil dawn ma rajthomx imma sirt naf bil-persuna jgħid li kellu jieħu xi miljun ewro u r-Regina Auto Dealer xi tliet miljuni. Lill-Ispettur tajtu lista sħiħa tal-ismijiet għalkemm nemmen li kien hemm min beda jeseġera’ biex japprofitta ruħu fuq is-somom li bdew isemmu”, qal Cassar.
Kompla jgħid li l-lista kien sabha fl-uffiċċju ta’ Ryan Schembri u kien għaddieha lill-Ispettur Scerri meta dan telaq wara Settembru. Tenna li fiha raha ismijiet ta’ nies u ċifri u kemm baqalu jagħti. Kien hemm mhux biss ismijiet imma anke xi laqam ma naqasx.
Kien hemm ukoll file li kien fih ċekkijiet miktubin għan nom tal-kumpanija Cassar and Schembri għal ċertu nies ħafna minnhom kienu wkoll “blanks” li qatt ma ssarrfu. L-ammonti kienu jvarjaw minn ftit eluf sa ammonti kbar.
Dwar l-istil ta’ ħajja tal-akkużat, Cassar qal li dan inbidel fil-karattru. L-istil kien wieħed differenti minn tiegħu.Meta ried jixtri karozza, għal waħda jixrtri tlieta. L-istandard of living tiegħu kien ħafna għola minn tax-xhud. Saħaql li Schembru kellu wkoll negozji oħra ma’ missieru fosthom fil-=kostruzzjoni, u kellu boat li jużaha għall-fuelling.
Ix-xhud qal ukoll li l-akkużat kellu relazzjoni tajba ma’ car dealer fejn kien jagħmel negozju miegħu. Sostna li Schembri huwa dilettant kbir tal-karozzi u li ma’ ħaddieħor fosthom ma’ Chris Delia u Mark Mangion, kellu appartamet u villa li kien xtaraha.
2.4 miljun ewro ma jidhrux
Cassar qal li huwa pprova jara x’jista’ jsalva mill-kumpanija Cassar and Schembri imma l-ferita kienet wisq kbira. L-Awditur qallu li hemm miljuni fi ħsara u meta talbu spjegazzjoni qallu li diġa kienu bdew jiġru ħafna wara Ryan u li l-kumpanija ma tistax tiġi salvata.
Sa l-2013 kienet tidher sew imma wara kien hemm 2.4 miljun ewro “not accountant for” kienu neqsin ma kienx hemm traċċi fejn dawn marru. Għalhekk spiċċat likwidita kienu qabdu persuna biex jiġbor xi flus li kellha tieħu l-kumpnaija imma dan sar aktar diffiżli meta bdew ħerġin ir-rapporti fuq dak kollu li kien qed jiġri.
Ix-xhud semma wkoll l-inizjattivi tajbin li kellu l-akkużat u li ħadem bla heda biex f’Mala ġib il-kumpanija, Sorriso li kienet idea ta’ Ryan għax ħass il-bżonn ta’ brand tajba għall marketing tal-l-proddoti għas-Supermarkets More. Kienu nstabu sħab Kroati li jfittxu dawn il-brands, li jinkludu proditti tal-kafe, detegents u ilma.
Ix-xhud kompla jgħid li meta huwa kkonfronta lill-akkużat fuq dan it-taħwid kollu, dan qallu li għandu kanċer fl-istonku u l-istorja hawn kkwita, għax kellu rabja fuqu. L-affarijiet ikkorollaw fi ftit tal-ġimgħat. Qal li kien irrabjat għax jemmen li setgħu ħadmu mod ieħor.
“Kont forsi nilqa’ minn qabel. Kien hemma affarijiet li ma bdewx joġbuni. Tant ġrat malajr li ma rnexxieliex naqbad art ta’ x’beda jiġri. Ma kienx hemm x’tagġmel aktar. Ryan qallu li kellu flus il-Kroazja, li rriżulta mhux minnu u li se noħroġu minnħa. Wara qallu li kien qal fuq tal-Kroazja biex iserraħ moħħ lil ċertu nies.
Waqt il-kontro eżami li sar mill-Avukat Roberto Montalto li qed jidher għall-akkużat Cassar qal li huwa minnu li kien hemm stokk tajjeb ta’ prodotti Sorrisi fl-imħażen tagħhom imma mhux ta’ barra minn hawn u li dawn kienu għall-ħwienet More biss u mhux għal Supermarket oħra.
Huwa kkonferma li mal-akkużat kien hemm storja ta’ suċċess li damet Dejjem 12 –il sena u li għal seba’ snin flimkien ħadu sehem f’fieri internazzjonali fi Franza u l-Ġermanja fejn kienu jirrappreżentaw brokers. Reġa’ kkonferma li l-ewwel daqqa kienet il-gwerra tal-Libja. Il-każ ikompli it-Tlieta 21 ta’ Lulju fl-10.30 am. filwaqr li se ssir seduta oġra bejn it-8.30am 12.30pm fit-12 ta’ Lulju.
Ordni ta’ investigazzzjoni u assistenza lejn sitt pajjiżi
Fil-bidu tal-kumpilazzjoni l-prosekuzzjoni ippreżentat ordni għall-investigazzjoni Ewropea lejn il-Kroazja u Latvja kif ukoll ippreżentat talbiet għall assistenza legali lejn is-Seychelles, Awstralja, Dubaj u l-Libja. Il-Qorti fuq dan ir-rigward qalet li tqis li tali assistenza hija indispensabbli għal dan il-proċess u laqgħet it-talba u ordnat lid-difiża tiddikjara biex fi żmien erba’ t’ijiem ta’ xogħol, jekk hijiex titlob u dan dejjem suġġett għall-awtoriżazzjoni tal-awtorita fl-inkjesta, hijiex se tapponta persuna biex tkun preżenti għall-eżekuzzjoni ta’ dawn it-talbiet.
Il-Qorti ordnat lill-Prosekuzzjoni tinnotifika permezz ta’ email li d-difiża b’dawn it-talbiet. Il-Qorti ħatret ukoll lil Bader Zina biex jagħmel traduzzjoni tat-talbiet għall-assistenza legali indirizzati lill-awtoritajeiet ġudiazzjarji tal-Libja u ġewwa Dubai.
Dwar il-Latvja u l-Kroazja trid issir verfika b’liema lingwa fil-waqt li l-Qori appuntat lil Dr Licari biex jagħmel it-traduzzjoni tat-talba lejn is-Seychelles, li hija bil- Franċiż. L-Avukat Maria Dimech esebixxiet traskrizzjoni tal-istqarrija ta’ Ryan Schembri.
Wara kannestru bil-flus kollox issiġġillat iddaħħal fl-awla numru 9 tal-Qorti permezz tas-Surġent Diane Bonello li hija fl-FCID. Hawn ġew esebitu flus u oġġetti oħra maqbuda mill-Pulizija Skoċċiża waqt l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest mir-residenza ta’ Ryan Schembri fir-Renju Unit.
Diversi boroż u cards tal-banek u żewġ karti tal-identità mill-Emirati Għarab Magħquda ġew preżentati. Fit-8 ta’ Mejju 2022, Bonelli qalet li l-Pulizija marru l-ħabs u fil-preżenza ta’ l-akkużat fetħu xi oġġetti separati bħal ‘electronic devices’ u i affarijet li kienu tneħħew mill-kartiera li kienet fuq Ryan Schembri.
Huw kien muri bank cards oħra mill-wallet li nqabad fl-Iskozja. Qalet li dawn ma ngġatax lilha imma tawhom lill-kuntistabbli James Busuttil li mar l-Iskozja u dawn għaddihom lilha. Ġie ppreżentat ukoll ċintorin, bil-Maġistrat Frendo Dimech tistaqsi x’rilevanza dan għandu.
Il-prosekuzzjini qalet li huwa ta’ ċertu valur. Miegħu kien hemm ukoll ittra wkoll li huwa kiteb lil ibnu f’għeluq sninu, brazzulletta, ġiżirana u beritta. Il-Maġistrat staqsiet ukoll għal relevnza tal-ittra, u l-beritta ufejn qalet li hija provi reali trid.
“Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. Għalhekk il-proċessi qatt ma jispiċċaw. Ittra lit-tifel? Din x’rilevanza hi” Nitlob il-buon sens”. Ġew preżentati wkoll kariera ta’ ditta partikolari u oġettt li jikkonstisi f’boċċi tal-injam u ħabel. Kien anke hawn li l-Maġistrat deheret urtata fuq il-preżentazzjoni ta’ dan l-oġġett.
“Anke l-brazzulletta hija tad-drapp, anke ittra bil-Happy Birthday liltifel ta’ ħames snin, tistgħu tgħiduli x’inhija r-relevanza”, reġgħet qalet il-Maġistrat. Derapp boċċi tal-injam x’relevanza għal money laundering.
Kienu ppreżentati wkoll £9,007 u 84p. fi flus kontanti kollha maqbuda mill-Pulizija Ngliża. Il-Pulizija qalet li sabu ukoll passaport Malti ta’ Ryan Schembtu skadut. Il-Maġistrat staqsiet ukoll dwar l-importanza li l-Qorti tkun taf min ġabar il-formoli ta’ qbid (seizure forms) li jridu iridu jipu esebitu wkoll għax il-Qorti tridhom. Il-prosekuzzjoni qalet li se tieħu ħsieb dan kollu hi.
L-Avukat Karl Muscat, f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Anthony Scerri qed imexxu l-prosekuzzjoni fil-konfront ta’ lil Schembri li għalih qed jidher l-Avukat Roberto Montalto.