Sewwieq ta’ mutur qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex, ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ filgħaxija.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti x-Xagħra u mutur misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Qala.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.