It-tennista Russa Natela Dzalamidze biddlet iċ-ċittadinanza minn Russa għal Gorġjana sabiex tkun tista tieħu sehem fil-Grand Slam ta’ Wimbledon li se tibda fis-27 ta’ Ġunju.
L-All England Club, li tieħu ħsieb l-organizzazzjoni tat-turnew ta’ Wimbledon kienet ħabbret li se tipprojbixxi plejers Russi u mill-Belarus milli jieħdu sehem fil-Grand Slam minħbba l-invażżjoni Russa fl-Ukrajna. Din id-deċiżjoni se tkun qed tfisser li s-sid numru wieħed tad-dinja Daniil Medvedev u Aryna Sabalenka tal-Belarus mhux se jkunu qed jieħdu sehem f’waħda mill-akbar kompetizzjonijiet tat-Tennis fid-dinja.
Natela Dzalamidze, kif anke juri kunjoma, għandha konnessjoni mal-Ġorġja għalkemm informazzjoni dwar il-ġenituri tagħha ma’ teżistix bil-probabiltà hi li missierha ġej minn familja Ġorġjana li jidher li jista jkun li emigra lejn ir-Russja.
//= $special ?>