Formula 1 Sport

Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Kanada

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen rebaħ għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu il-Grand Prix tal-Kanada meta f’tellieqa missielta rnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Carlos Sainz ta’ Ferrari li spiċċa warajh fit-tieni post. Lewis Hamilton spiċċa fit-tielet post f’dik li kienet it-tieni podium tiegħu tal-istaġun b’sieħbu ta’ Mercedes George Russell jispiċċa warajh fir-raba’ post.

B’din ir-rebħa, li kienet is-26 waħda tiegħu fil-Formula 1, Verstappen issa estenda d-distakk ma’ Sianz b’46 punt fil-quċċata u Chalres Leclerc issa jinsab tliet punti biss taħt l-istess Sainz fit-tilet post fil-klassifika tas-sewwieqa.