Lokali

Żabbari fil-periklu tal-mewt wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni

Żabbari kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żurrieq.

Il-każ seħħ fi Triq Nardu Sacco għall-ħabta tas-7 tat-Tnejn filgħodu meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 62 sena waqa’ mal-art bil-konsegwenza li ħabat rasu waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fl-istess sit.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leaonard Caruana li fetaħ inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.