Futbol Sport

“Fiduċja sħiħa f’Gareth Southgate” – Debbie Hewitt

Ic-chairwoman tal-FA Ingliża Debbie Hewitt qalet li l-FA għandha fiduċja sħiħa fil-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate u li se jkun hu li jmexxi lill-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja li se ssir f’Novembru li ġej.

Dan wara li fil-ġimgħat li għaddew Southgate kien taħt attakk kontinwu mill-midja Ingliża wara li l-Ingilterra naqset milli tirbaħ waħda mill-erba’ partiti li t-tim Ingliż lagħab mill-UEFA Nations League fejn fost l-oħrajn tispikka telfa umiljanti ta’ 4-0 kontra l-Ungerija.

Hewitt żiedet tgħid kif bil-fatti Southgate huwa l-aktar kowċ ta’ suċċess li mexxa lill-Ingilterra fl-aħħar 55 sena hekk kif irnexxielu jwassal lit-tim Ingliż sa semifinali tat-Tazza tad-Dinja u sal-finali tal-Kampjonati Ewropej.