Raġel residenti l-Fgura, li qal li huwa furnar ammetta quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo li seraq ammont kbir ta’ ram f’anqas minn tliet ġimgħat minn fabbrika f’Bulebel. L-Ispetturi Mario Xiberras u Jeffrey Scicluna ressqu l-Qorti lil Anthony Cutajar ta’ 51 sena, li qalu li sa issa diġa ġew irkuprati kważi tunnellata ta’ ram wara li dan kien inbiegħ lil terzi persuni.
Il-Prosekuzzjoni akkużat lil Cutajar li b’ diversi atti magħmulin minnu bejn il- 29 ta’ Mejju 2022 u 16 ta’ Gunju 2022 minn gewwa fabbrika I.M.A. Engineering Services, li tinsab fil-Qasam Industrijali, ż-Żejtun seraq ammont kbir ta’ ram, liema serq huwa ikkwalifikat bil- valur li jeċċedi is- somma ta’ €2,329.37c.
Qalu li l-imputat ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija u ammetta li xtara ħwejjeġ misruqa meħuda b’ qerq jew akkwistati b’ reat. U li fl- istess dati ħin, lok u ċikustanzi bi ħsara tas-sid, ghamel vjolazzjoni oħra kontra l- propjeta u li daħal ġewwa art restritta għall pubbliku li taghmel parti mill-bini tal-fabbriki mingħajr il-permessi neċessarji.
Huwa ġie mixli wkoll li sar reċediv wara li kien instab ħati ta’ diversi sentenzi mogħtija lilu mill-Qrati ta’ Malta, liema sentenzi saru definittivi u ma jistgħux jiġu mibdula. Cutajar informas lill-Qorti li m’għandux mezzi biex iqabbad avukat u għalhekk ġiet appuntata l-Avukat Leontin Calleja, bħala avukat tal-għajnuna legali.
Id-ifiża talbet invista tal-ammissjoni li jsir pre-sentencing report qabel ma tingħata s-sentenza, bil-Prosekuzzjoni ma toġġezzjonax. Il-Qorti se tinforma lill-uffiċċju tal-probation sabiex iwettqu pre sentencing report fil-konfront tal-imputat u ordnat għalhekk li verbal għadnu jiġi komunikat lill-uffiċju tal-probation.
Il-Pulizija qalet li dwar il-każ ġiet infurmata li nsteraq ram minn fabbrika f’Bulebel fjn uffiċjal tas-sigurta segwew il-każ u minn investigazzjon li saret lin-nies irriżulta li l-akkużat kien ibiegħu lin-nies u li l-Pulzija sa issa ġabret 950 kilo ram misruq.
Ingħad li ttieħdulu ħewġ stqarrijiet minħabba li wara l-ewwel waħda huwa kellu jidħol l-ispta Mater Dei u kif ħareġ il-Pulizija ħaditlu stqarrija oħra fejn ikkopera bis-sħiħ. Ħareġ li ma saret l-ebda talba gġall-pleġġ u għaldaqstant huwa nżamm arrestat.
//= $special ?>

