Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn mutur u baqa’ dieħel f’vettura

Raġel ta’ 39 sena residenti Birkirkara qed isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u baqa’ dieħel f’karozza tat-tip Ford misjuqa minn raġel ta’ 30 sena miż-Żurrieq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8pm tal-bieraħ fl-Imqabba bil-Pulizija ma tawx informazzjoni tal-isem tat-triq fejn seħħ l-inċident.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.