Lokali

Jinstab mejjet f’kamra f’Għajn Tuffieħa

Fi stqarrija l-pulizija qalu li Nicholas Camilleri, il-persuna li kien irrappurtat nieqes instab mejjet f’kamra fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa fil-limiti tal-Imġarr, ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm.

Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ, fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-istqarrija tal-Pulizija għalqet billi qalet li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin però sa issa rriżulta li l-mewta tar-raġel ma tidhirx li hija waħda suspettuża.