Raġel ta’ 35 sena mill-Imġarr li qal li jaġdem fil-kostruzzjoni ġie mixli quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo li nhar il-Ħadd li għadda bejn 12.00pm u s-2.00pm. huwa stupra lil martu u kkaġunalha ġrieħi ħfief. Huwa ġie mixli wkoll li hedded lil martu u li arrestaha kontra l-volontà tagħha. Il-koppja fil-preżent għaddejjha minn proċess ta’ separazzjoni.
Il-prosekuzzjoni qalet li kien hemm ftehim bejn il-koppja fejn il-mara marret biex tieħu l-affarijiet tagħha mid-dar. Il-Qorti meta semgħet is-sottomissjonijiet minn naħa tad-difiża u l-prosekuzzjoni ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju minħabba l-biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi.
L-Ispettur Eman Hayman qal li l-Pulizija kellha rapport minn naħħa tad-Domestic Violence Unit (DVU) fejn ġie allegat l-allegat vittma kienet stuprata, bil-mara tagħti l-verżjoni taghha fejn deher viżibbli li kellha wkoll xi ġrieħi, li allegatament saru minn żewġha.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat, liema talba sabet oġġezzjoni qawwija minn naħa tal-prosekuzzjoni u dan minħabba l-gravità tar-reati. L-Avukat Angele Vella f’isem l-Avukat Ġenerali qalet li għad hemm xhieda pajżana li jridu jiddeponu f’dan il-każ delikat.
Hija qalet li l-proċeduri għadhom fi stadju tant bikri u l-kondotta tiriflett reati simili li juru ċertu pattern minn naħa tal-imputat li definittavement ma jagħtix serħan tal-moħħ jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest u għalhekk hemm il-biża li jsir reat ieħor simili.
L-Avukat Lennox Vella, irribatta billi qal li kien fl-2011 li kellu każ u li m’għandu x’jaqsam xejn ma dak li qed tgħid il-prosekuzzjoni. Kompla jgħid li sentenza ewropej jgħidu li l-gravita tal-akkużi ma jinpinġux fuq jekk akku’at jingħatax il-ħelsien mill-arrest, Tenna li l-unika argument li jista’ jkun relevanti huwa l-intraċċ tal-provi. Dwar dan qal il-provi, li l-unika xhud pajżana hija l-vittma.
Tenna li din il-problema tista’ tiġi sorvolota għax mhux se jkun joqgħod fejn il-vittma, parti se tkun qed tgħid San Pawl il-Baħar u l-parti l-oħra s-Siġġiewi. Il-prosekuzzjoni qalet li s-Siġġiewi ma jiffugura mkien miegħu. Hawn l-Avukat Vella qal li s-Siġġiewi hija r-residenza ta’ ħuh. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-pleġġ minħabba l-biża ta’ intraċċ tal-provi.
Id-difiża mmexxija mill-Avukati Lennox Vella u Charlton Falzon Cascun talbet lill-Qorti biex tordna divjet fil-konfront tal-akkużat u dan minħabba li għandu t-tfal mhux biss mill-mara allegata vittma, imma wkoll minn mara oħra. Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx, anzi qablet ukoll li l-fatt li Malta hija żgħira, dan jista’ jkollu effett fuq l-ulied. Il-Qorti laqgġħet it-talba.
//= $special ?>

