Lokali Qorti

Raġel arrestat b’rabta ma’ serq fosthom minn santwarju

Il-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, bl-assistenza tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi, arrestat raġel ta’ 38 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, b’rabta ma’ tliet serqiet minn siti reliġjużi fis-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

Jidher li matul dan ix-xahar, ir-raġel sgassa santwarju u kappella fejn minnhom seraq diversi oġġetti u flus kontanti, kif ukoll seraq minn kaxxa tad-donazzjonijiet ta’ statwa.

L-investigazzjonijiet wasslu biex il-Pulizija tidentifika lir-raġel bħala l-allegat ħalliel li wettaq dawn is-serqiet u lbieraħ filgħodu, huwa ġie arrestat f’Ħaż-Żebbuġ.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo.