Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 65 sena residenti l-Mosta sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Chevrolet Spark, misjuqa minn Belġjan ta’ 61 sena residenti l-Mellieħa, u mutur Honda, misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin