Internazzjonali

Aktar minn 250 maqtula f’terremot li seħħ fl-Afganistan

Aktar minn 250 mietu wara terremot qawwi laqat lill-Afganistan. L-awtoritajiet jgħidu li aktar minn 200 persuna weġġgħu wkoll f’partijiet remoti tan-nofsinhar tal-pajjiż hekk kif theżizza enormi laħqet is-6.1 fuq l-iskala richter għamlet ħsara enormi fid-djar tan-nies.

Iċ-ċentru tat-terremot seħħ madwar 44km mill-belt ta ‘Khost, ħdejn il-fruntiera pakistana. It-theżizziet inħassu aktar minn 500km ‘il bogħod minn madwar 119-il miljun persuna fil-Pakistan, l-Afganistan u l-Indja.

Skont Mohammad Nassim Haqqani, kap tal-ministeru tad-diżastri naturali tal-amministrazzjoni Talibana, madwar 100 persuna mietu fil-provinċja ta’ Paktika. 25 persuna oħra nqatlu f’Khost u ħamsa fil-provinċja ta ‘Nangarhar, huwa qal, u żied li kienu qed isiru investigazzjonijiet biex jiddeterminaw jekk kienx hemm aktar vittmi. Ritratti fuq il-midja Afgana wrew djar li spiċċaw terrapien.

Timijiet ta’ salvataġġ waslu bil-ħelikopter biex jeħilsu nies imwerwra u maqbuda taħt debris. Ma kien hemm l-ebda rapport immedjat ta’ ħsara jew diżgrazzji fil-Pakistan.