Coronavirus Lokali

COVID-19: 523 każ ġdid; tmut persuna oħra

Jum ieħor fejn pajjiżna ra vittma oħra tal-Covid-19… bit-total ta’ vittmi f’pajjiżna tela’ għal 736.

U fl-aħħar 24 siegħa nstabu 523 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 99 persuna biex il-każi attivi issa huwa 3,719.

Dan it-total ma jinkludix l-ammont ta’ persuni li għamlu użu mill-home kits u ma rrapurtawx li huma pożittivi għall-virus.

Fl-aħħar ħamest ijiem biss kelna iktar minn 1,800 każ filwaqt li mietu tmien persuni kaġun tal-Covid.