Lokali Parlament

Drenaġġ qed jerġa’ jintefa’ l-baħar għax l-impjanti mhux ilaħħqu

#MartinAgius #PhotoJournalist #Photographer #Photography #Photo #Image #Pic #Malta

Ivan Castillo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo appella biex isiru azjzonijiet immedjati biex ma jibqax jintefa’ iktar drenaġġ fil-baħar minħabba li l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ mhux ilaħħqu.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) Ivan Castillo qal li fin-new water hemm sitwazzjoni fejn l-impjanti ta’ trattament tad-drenaġġ mhux qed jilħqu mad-domanda minħabba żieda fl-infrastruttura b’detriment li mhux qed jitrattaw l-ilma kollu. Dan ifisser li d-drenaġġ qed jintefa’ l-baħar.

Il-pajjiż ħandui sfida li jkbarra dawn l-impjanti biex tintlaħaq id-domanda. Dan id-drenaġġ qed imur fil-baħar li hu ftit kilometri mill-Għadira, fost bajjiet oħrajn, bi problemi kbar li jistgħu jinħolqu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm diskriminazzjoni fin-new water fejn il-biewa li huma viċin il-pompi tan-new water li qed jibbenefikaw waqt li bdiewa oħra qed ikollhom jippumpjaw l-ilma huma bi spejjeż għalihom.

Din hi diskriminazzjoni mas-settur tal-agrikoltura li qed imut mewta naturali. Jeħtieġ li jkun hemm il-meters tal-ilma b’xejn biex tittaffa l-ispiża ta’ dawn il-bdiewa.

Dawn il-bdiewa għandhom ikunu mgħejjuna bi skemi u kkoordinazzjoni bejn il-ministeri responsabbli mill-infrastruttura u s-servizzi tal-ilma. Jeħtieġ jitwaqqaf unit ta’ koordinazzjoni f’dan is-sens biex ma jinqalgħux madwar 70% tat-tarmak li diġà sar.

Hu appella biex meta jinħarġu l-offerta u jeħduhom min tefa’ l-inqas offerta, il-kuntratturi jkollhom ħaddiema biżżejjed biex ikopru ix-xogħlijiet.

Malta għandha ħażna ta’ ilma għal erbat ijiem biss jekk ikun hemm xi problema kbira ambjentali u l-ilma madwar Malta jkun kontaminat. Jeħtieġ ikun hemm ukoll stabbiltà fit-tariffi tal-ilma.

Ivan Castillo appella biex jingħataw iktar għotijiet lil kumpaniji li jipprovdu ħażniet tal-ilma, li jitrattaw l-ilma fil-lukandi, li jagħmlu investiment fi skemi ta’ irrigazzjoni li jużaw ilma tax-xita bħala bħala ilma tat-tieni kalss.

Hu appella biex jekk se tingħalaq it-Telgħa tax-Xemxija isiru xi xogħlijiet tinstab rotta alternattiva għat-traffiku kbir li jgħaddi miż-żona.