Raġel Għawdxi ta’ 46 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut fi ġlieda li seħħet ilbieraħ filgħodu. Bil-vittma jsofri feriti serji meta kien involut f’argument ma’ żewġ persuni oħra.
Ir-rapport għand il-Pulizija daħal ilbieraħ għall-ħabta tal-10:30pm, meta huma ġew infurmati mill-awtoritajiet tas-saħħa li r-raġel residenti l-Għasri, ddaħħal għal kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-Pulizija rriżulta li aktar kmieni matul il-jum, għall-ħabta tal-11:30am kien seħħ argument fi Triq l-Għammar fl-Għasri stess u li fih kien involut il-vittma u żewġt irġiel oħra.
L-irġiel ta’ 25 u 56 sena, ukoll residenti l-Għasri, kienu arrestati matul il-lejl.
Huma ttieħdu għall-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u kienu ċċertifikati li kellhom ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>