Futbol Sport

Henrikh Mkhitaryan jingħaqad ma’ Inter

(Ritratt: EPA)

Wara li kkonfermaw ir-ritorn ta’ Lukaku, Inter issa laħqu ftehim mal-midfielder mill-Armenja Henrikh Mkhitaryan wara li dan tal-aħħar skadielu l-kuntratt ma’ Roma. Huwa wasal Milan ilbieraħ filgħaxija u aktar kmieni llum għamel it-testijiet mediċi fejn mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn man-Nerazzurri.

Mkhitaryan, li għandu 33 sena, kien introdott fil-futbol Taljan minn Roma meta fl-istaġun 2019/20 iffimrawh b’self mingħand Arsenal bil-klabb tal-kapitali jiffirmawh b’mod permanenti l-istaġun li għadda fejn tawh kuntratt ta’ sena. Fl-Ingilterra huwa lagħab ukoll ma’ Manchester United fejn ingħaqad magħhom mingħand Borrussia Dortmund fl-istaġun 2016/17 sa nofs l-istaġun ta’ wara.

Fost l-akbar unuri, Mkhitaryan rebaħ il-Uefa Europa Conference League l-istaġun li għadda ma’ Roma u l-Europa League fl-istaġun 2016/17 ma’ Manchester United.

Henrikh Mkhitaryan u Paul Pogba wara r-rebħ tal-Europa League fl-istaġun 2016/17 (Ritratt: EPA)