Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jerfa’ r-responsabbiltà u mhux jistenna lill-għaqdiet volontarji jieħdu l-azzjonijiet

Darren Carabott, PN

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott appella fl-Aġġornament tal-parlament biex il-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà u mhux jistenna lill-għaqdiet volontarji jieħdu l-azzjonijiet.

Darren Carabott qal li l-poplu hu rrabbjat u diżappuntat b’dak li qed iseħħ fil-pajjiż. Hu sostna li ċertu diskorsi fil-parlament juru kemm hawn min maqtugħ mirr-realtà. Hawn direzzjoni tal-pajjiż lejn il-qerda tal-ambjent minn deċiżjonijiet irresponsabbli li qed jittieħdu; rigress fl-iżvilupp… ‘il bogħod mill-iżvilupp sostenibbli.

F’Kemmuna seħħ nuqqas mill-awtoritajiet fejn postijiet f’pubbliċi qed isiru abbużi bla kontrolli. Kellhom ikunu l-għaqdiet volontarji li ħadu azzjonijiet.

Hu semma’ l-ħmieġ fit-toroq; nqqas li għandu jsir sforz nazzjonali kontrih. Fit-traffiku qed jinteqfu l-miljuni iżda l-problemi mhux jissolvew.

Il-pajjiż mhux jattwa l-liġijiet dwr il-livelli ta’ storbju tal-kostruzzjoni u mużika kummerċjali; b’daqqa ta’ pinna il-pajjiż qed jinsa l-karba tan-nies. Bħala eżempju Darren Carabott semma’ l-mod kif kellha tkun l-Oppożizzjoni li ressqet mozzjoni biex ikun diskuss l-avviż legali dwar il-ħijiet tal-mużika fil-Belt.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kuntentizza qed titkejjel b’affarijiet materjali meta l-poplu ma jistax ilaħġaq b’xogħol wieħed.

Hu semma’ l-faqar u qal li l-pajjiż ilu ma jara faqar assolut iżda hawn faqar relattiv li baqa’ fl-istess livelli li kien. Il-politiċi llum qed jieħdu deċiżjonijiet minħabba sħabhom u familthom. Jeħtieġ issir riforma kostituzzjonali biex jinbidel il-mod kif issir id-dibatttu parlamentari u biex jinbidel il-mod kif isir it-tagħlim fl-iskejjel. Jeħtieġ riforma fl-iżvilupp biex ma jseħħux iktar traġedji kif seħħew diġà.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-PAC, il-membri tal-gvern isostnu li l-Oppożizzjoni ma tistax issaqsi lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-Eectrogas. Il-kumitati parlamentari għandhom jitħallew jaħdmu kif suppost, sostna d-deputat Nazzjonalista, li tratta s-sigurtà u qal li s-sena li għaddiet seħħew 16,000 reat l-aktar fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar.